Skip to main content

Chadwick Lakes

Postijiet ta’ Interess

Chadwick Lakes

Postijiet ta’ Interess

Lokazzjonijiet

Madwar Chadwick Lakes

Id-direzzjonijiet kollha jibdew mil- Fiddien Box. Il-koordinati kollha huma aprossimattivi. Dejjem għati każ waqt li tkun miexi fil-kampanja, u imxi biss fejn ma jkun hemm l-ebda periklu.

Lokazzjonijiet

Madwar Chadwick Lakes

Id-direzzjonijiet kollha jibdew mil- Fiddien Box. Il-koordinati kollha huma aprossimattivi. Dejjem għati każ waqt li tkun miexi fil-kampanja, u imxi biss fejn ma jkun hemm l-ebda periklu.

Fiddien Box (Binja tal-Fiddien)

Tħares għal fuq Wied Tal-Qlejgħa naraw binja li inbniet bhala parti mill-proġett ta’ riabilitazzjoni tas-sors ta’ l-ilma lejn il-Belt Valletta, li seħħ fil-bidu tas-seklu għoxrin. L-awtoritajiet għamlu użu mil-bjar antiki ta’ taħt l-art, li saru fil-bidu tas-seklu sbatax bhala parti mill-Akwedott ta’ Wignacourt.

Read More

Sptar Militari Sir David Bruce, L-Imtarfa

Wara li inbnew il-kwartieri militari fuq l-għolja ta’ l-Imtarfa lejn l-aħħar tas-seklu 19, ftit tas-snin wara inbena sptar militari fil-viċin, minflok sptar ieħor li kien ferm iżgħar. Dan ma kienx l-ewwel sptar li l-awtoritajiet Ingliżi bnew f’Malta.

Sptar ta’ Iżolament, L-Imtarfa

Il-kwarantina kienet dejjem fuq moħħ l-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta, minħabba il-presenza ta’ numru kbir ta’ nies tas-servizzi stazzjonati f’Malta, kif ukoll il-presenza tal-flotta tal-Mediterran Ingliża. Fl-1924 kien inawgurat l-isptar ta’ iżolament viċin il-bini prinċipali ta’ l-isptar ta’ l-Imtarfa.

It-Torri ta’ l-Arloġġ ta’ l-Imtarfa

It-torri ta’ l-Arloġġ fl-Imtarfa inbena fl-1895, u kien jifforma parti mill-kwartieri militari li kienu inbnew ftit tas-snin qabel.  Il-parti t’isfel tat-torri huwa ta’ madwar 22.5 metru għoli, filwaqt li l-parti ta’ fuq għandha 9 metri oħra.

Bini Militari ta’ l-Imtarfa

Il-bini tal-Linji ta’ difiża, magħrufa bhala Victoria Lines u l-Forti Binġemma kien jeħtieġ li jkun hemm numru ta’ suldati stazzjonati fl-inħawi. Dan wassal biex ikun hemm il-bżonn ta’ bini ta’ kwartieri militari biex jakkomodaw lil dawn is-suldati. Il-bini tal-kwartieri fl-Imtarfa bdew jinbnew fl-1891 u sa’ l-1896 kienu lesti.

Knisja ta’ San Osvaldo

Waħda mill-binjiet li inbnew qalb il-kwartieri militari ta’ l-Imtarfa kienet knisja żgħira. Din inbniet fl-1921 u ġiet iddedikata lil San Oswald. Il-pjanta tal-knisja hija f’forma ridotta ta’ salib Latin, u fiha hemm altar wieħed biss. Inbniet biex toffri servizzi reliġjużi għas-suldati Protestanti li kienu jgħixu fil-kwartieri ta’ l-Imtarfa.

Knisja ta’ Santa Luċija

L-ewwel evidenza dokumentata ta’ din il-knisja iddedikata lil Santa Luċija tmur lura għas-seklu 15. Huwa magħrufa li ftit qabel l-Assedju l-Kbir ta’ l-1565 kienet twaqqgħet, ħalli ma tkunx tista’ tintuża għal vantaġġ tal-qawwiet Ottomani.

San Mikiel is-Sinċier

F’nofs l-egħlieqi li nsibu fl-inħawi naraw il-fdalijiet ta’ knisja medjevali iddedikata lil San Mikiel is-Sinċier. Maż-żmien l-isem li kienu taw il-Maltin spiċċa biex ġie San Mikiel Sinċier, inkella San Ċir.

Knisja tat-Twelid tal-Madonna

Din il-knisja probabbilment inbniet fis-seklu 16. Id-dedikazzjoni tagħha, it-Twelid tal-Madonna, kien ferm popolari f’Malta, speċjalment wara ir-rebħ ta’ l-Assedju l-Kbir ta’ l-1565 u minħabba li l-għajnuna minn Sqallija waslet f’Malta fit-8 ta’ Settembru, il-jum liturġika li fih jiġi mfakkar it-Twelid tal-Madonna.

Knisja tal-Madonna ta’ l-Ittria

L-ewwel knisja li inbniet f’dawn l-inħawi tħallset min nobbli Gio. Maria Xara. Dan kien fl-1615. Minħabba li l-knisja ma tantx kienet fis-sod fejn inbniet, inbniet oħra minflokha fl-1685, minn membru ieħor tal-familja Xara.

Għerien il-Lhud, Binġemma

Imħaffra fil-wiċċ vertikali li jħares lejn wied, naraw numru ta’ kmamar imħaffra fil-blat, kmamar li miż-żminijiet imbegħda dejjem kienu magħrufa bhala oqbra tal-Lhud.  L-ewwel darba li jissemmew kien minn Giovanni Francesco Abela (1582-1655), missier l-istorjografija ta’ Malta.

Raddi fl-Imtarfa

Fost il-fdalijiet misterjużi li jmorru lura għall-antikità huma dawk magħrufa bhala raddi. Dawn il-kanali, jew raddi huma imħaffra fil-wiċċ  tal-blat, u jkunu dejjem par. Il-kanal ikun imħaffer f’forma ta’ V, u il-parti t’isfel tkun kemxejn fit-tond.

It-Torri Ruman f’Għajn Klieb

Malta kienet l-ewwel territorju il-barra mill-Italja li kienet mirbuħa mir-Rumani fis-sena 218 q.Kristu id-difiżi prinċipali taż-żmien ir-Rumani kienu madwar Melite, il-belt kapitali ta’ Malta.

Oqbra f’Għajn Klieb

Fl-inħawi magħrufa bhala Għajn Klieb, instabu numru ta’ oqbra imħaffra fil-blat li jmorru lura għaż-żmien il-Feniċi u l-Puniku. Dawn iħarsu għal fuq il-Wied tal-Fiddien. L-ewwel sejba saret fl-1890, u aktar oqbra komplew jinstabu matul il-medda tas-snin.

Akwedott ta’ Wignacourt

Il-bini tal-Belt Valletta, belt ġdida, wassal biex ħoloq il-bżonn li jkun hemm ilma biżżejjed għar-residenti tagħha. Kien fiż-żmien il-Gran Mastru Martino Garzes (1595-1601) li kien issuġġerixxa għall-ewwel darba biex ikun hemm sistema li twassal ilma lejn il-Belt Valletta.

Ir-Razzett Ta Koronja

Qalb il-kampanja fertili hemm il-fdalijiet tar-razzett Ta Koronja, wieħed mill-irziezet li nsibu fl-inħawi. Wieħed jista’ jimmaġina l-attività agrikola li kien ikun hemm fl-inħawi, meta l-familji tal-bdiewa kienu joqgħodu aktar viċin ta’ l-għelieqi tagħhom, minħabba id-distanzi mill-irħula.

Il-Linji tas-Swar Victoria

Fit-tieni nofs tas-seklu dsatax, l-awtoritajiet militari Ingliżi bdew jibnu diversi fortizzi madwar Malta. Dawn il-fortizzi kienu armati bl-aħħar armamenti. Inbnew numru ta’ fortizzi, trunċiera u batteriji fil-majjistral ta’ Malta, fuq ir-riħ tat-targa ġeoloġika li nsibu fl-inħawi.

Ħajt ta’ Binġemma

Il-linji tas-swar Victoria inbnew matul it-targa ġeoloġika, u dan kien ifisser li kien hemm il-bżonn li jiddefendu il-widien ukoll. Wieħed minn dawn il-widien huwa dak ta’ Binġemma, u biex jiżguraw min difiża tajba, inbena ħajt għoli mill-qiegħ tal-wied, u wiesgħa biżżejjed biex ikun hemm passaġġ minn fejn jgħaddu is-suldati.

Forti Binġemma

Din kienet l-ewwel fortizza li inbniet matul il-front tal-Majjistral, li aktar tard kellu l-isem mibdul għal-Linji tas-Swar Victoria. Il-Forti bdiet tinbena fl-1875 u tlett snin wara kienet kompluta.

Ġibjun Taż-żmien l-Ingliżi fl-inħawi Tas-Salib

L-inħawi magħrufa bhala Ta’ Koronja jinsab fuq saff fejn taħtu hemm l-ilma. Minħabba f’hekk l-istess ħażna naturali ta’ l-ilma kien jittieħed mill-bdiewa ta’ l-inħawi. Fis-seklu sbatax kien utli biex jissupplixxi kwantità ta’ ilma għall-akkwedott Wignacourt biex jitwassal ilma biżżejjed lejn il-Belt Valletta.

Is-Salib tad-Dejma

Mifruxin madwar il-gżejjer Maltin naraw diversi minn dawn is-slaleb tal-ġebel. Fil-biċċa l-kbira tagħhom dawn is-slaleb huma magħrufa bhala tad-Dejma, fejn id-Dejma lokali kien ikollha post fejn t’iltaqa’ f’kas ta’ attakk mill-għadu.

Skip to content