Skip to main content

Il-Bufula Sewda – Sylvia melanocephala – Sardinja Warbler

Il- Fidloqqom hija ħaxixa annwali komuni ħafna li toriġina mill- gżejjer Maltin u r-reġjun tal-Mediterran. Tikber sa 60-100cm u fiha bosta lanżit u xagħar tul iz-zokk u l-weraq.

Il-Ħannewija – Acanthus mollis – Bear’s Breeches

Il-Ħannewija hija pjanta perenni erbaċeja li tinstab fil- gżejjer Maltin. Hija nativa għar-reġjun Mediterran li jestendi mill-Portugall sal- majjistral tal-Afrika u lejn l-lvant sal-Kroazja. Din hija waħda mill-ewwel pjanti li ġew ikkultivati. Tintuża wkoll bħala dekorazzjoni f’ċerti stili arkitettoniċi ta’ għamara.

Il-Bufula Sewda – Sylvia melanocephala – Sardinja Warbler

Il-Bufula Sewda huwa għasfure abbundanti madwar il-gżejjer Maltin, twil 13 cm u jiżen madwar 1.2-2.5g. Bħal ħafna speċi ta’ għasafar, l-irġiel u n-nisa juru rix differenti li għandhom tendenza jinbidlu matul l-istaġun tat-tgħammir.

Il-Fraxxnu – Fraxinus angustifolia – Narrow-leaved Ash

Il-Fraxxnu hija siġra indiġena għall-gżejjer Maltin li tikber malajar u faċilment. Ir-reġjun naturali tagħha huwa l-Mediterran, li jestendi min-nofsinhar ċentrali tal- Ewropa sal- Majjistral tal-Afrika.

Iċ-Ċkala l-ħamra tal-Ilma ħelu – Procambarus clarkii – Red swamp crayfish

Iċ-Ċkala l-ħamra tal-Ilma ħelu hija speċi invażiva problematika immens ġewwa Wied il- Qlejgħa indiġena għall- l-Amerika t'Isfel u l-Messiku tat-Tramuntana.

Il-Qasba l-kbira – Arundo donax – Great Reed

Il- Qasba l-kbira hija speci invażiva estremament abbundanti li tista’ tikber sa tul ta’ 6m, u possibilment anke 10m jekk il-kundizzjonijiet ikunu ideali.

L-Għammiel tal-Bejt – Passer hispaniolensis – Spanish Sparrow

L-Għammiel tal-bejt huwa l-iktar għasfur komuni fuq il-gżejjer Maltin li jista’ jinstab ġewwa ambjent kemm rurali u kif ukoll urban.

Iż-Żrinġ – Discoglossus pictus pictus – Painted frog

Iż-Żrinġ huwa l-unika anfibju li jista’ jistab ġewwa l-gżejjer Maltin. Dan jistab ikoll ġewwa Sqallija u f’pajjiżi Afrikani jmissu mal-Mediterran.

Ir-Rignu – Ricinus communis – Castor Oil tree

Ir-Riġnu hija speċi invażiva komuni ħafna ġewwa Wied il-Qlejgħa indiġena għall- kontinent Afrikan.

Il-Luq – Populus alba – White Poplar

Il- Luq hija siġra indiġena għall- gżejjer Maltin li tikber b’rata mgħaġġla primarjament ġewwa l- Widien. Din tħobb ambjent umdu u mdawwal sew, pero’ tista’ tikber ukoll ġewwa ambjent niexef.

Iż-Żafsafa l-kbira – Salix alba – White Willow

Iż-Żafsafa l-Kbira hija siġra indiġena Maltija li tinstab ġewwa Wied il- Qlejgħa. L-isem xjentifiku Salix jirreferi għall- fatt li tikber tul il- xatt tal-ilma.

Iż-Żafsafa ż-żgħira – Salix pedicellata – Mediterranean Willow

Iż-Żafsafa ż-Żgħira hija żafsafa oħra indiġena għall- gżejjer Maltin li tikber tul ix- xtut tal- ilma.

Skip to content