Skip to main content

Il-Luq – Populus alba – White Poplar

Il-Luq – Populus alba – White Poplar

Il-luq huwa siġra indiġena li qed tikber b’rata mgħaġġla fil-gżejjer Maltin u li tikber l-aktar fil-widien. Din tħobb l-umdità u d-dawl abbundanti, għalkemm tittollera n-nixfa.

Il-luq jista’ jilħaq għoli ta’ madwar 16 u 27 m bil-kuruna ovali wiesgħa. Is-siġar żgħar għandhom qoxra lixxa ta’ lewn aħdar fl-abjad, b’rimja mgħottija bil-griż fl-abjad ’l isfel, bħalma huma l-blanzuni tal-weraq. Hekk kif is-​ siġra tikber fl- età, il-qoxra tas-siġra tiswied u b’radd fil-bażi.

Il-​weraq karatteristiċi tal-luq huma twal bil-lobi u huma ħodor fuq in-naħa taʼ fuq u bojod bellusi taħt, u dan jagħti lis-sigra dehra frizzanti meta tixxengel maż-żiffa. Il-weraq jibda jaqa’ fil-bidu tas-sajf u hekk kif toqrob il-ħarifa, jibdew jisfaru u eventwalment l-weraq kollu jaqa’.

Il-fjuri mingħajr petali, twal 8 ċm, jidru qabel il-weraq, f’forma ta’ nwar jibdew jixbħu denb ta’ qattus żgħir. L-inwar iġorru jew l-organi riproduttivi maskili jew femminili. L-inwar maskili huma griżi u jġorru l-istami ħomor skuri, li jkollhom l-għabra tad-dakra. L-inwar nisa huma ħodor fil-griż.

Wara l-organi riproduttivi femminili jkunu fertilizzati mill-polline maskili, li jitwasslu mir-riħ, dawn jitawlu għal madwar 8-10 ċm. Eventwalment jidhru għadd ta’ kapsuli ħodor, li jimmaturaw lejn l-aħħar tar-rebbiegħa sal-bidu tas-sajf. Iż-żrieragħ jixxerdu bir-riħ kif wkoll bl-ilma.

L-inwar maskili u femminli jikbru fuq siġar separati. Is-siġar kollha tal-luq li qed jikbru f’Wied il-Qlejgħa huma kollha rġiel, bħalma huma l-biċċa l-kbira tas-siġar simili li qed jikbru fil-gżejjer Maltin.

L-għeruq li jikbru mill-għeruq laterali tas-siġra, ġieli jmorru sa 20-30 ċm ’il bogħod miz-zokk prinċipali u jgħinu biex is-siġra tinfirex.

Il-luq huwa protett legalment fil-Gżejjer Maltin.

Skip to content