Skip to main content

Ir-Rignu – Ricinus communis – Castor Oil tree

Ir-Rignu – Ricinus communis – Castor Oil tree

Speċi invażiva komuni ħafna f’Wied il-Qlejgħa hija s-siġra tar-rignu, indiġeni għall-Afrika, siġra li tikber malajr f’arbuxelli ta’ 4 m u li jistgħu jikbru sa siġra żgħar ta’ 12 m.

Faċilment identifikati mill-kulur aħdar skur jleqq tal-weraq tagħha b’tul ta’ 15 u 45 ċm, weraq li jikbru fuq zkuk twal, li jixbhu palma tal-idejn b’5 jew 12-il seba’. Il-weraq żgħar jistgħu jkunu ħomor fil-vjola skur li jinbidlu hekk kif jimmaturaw.

Is-siġra timmatura fl-ewwel staġun. Il-fjuri mingħajr petali wieħed isibhom is-sena kollha. Dawn jistgħu jkunu jew irġiel jew nisa, li jinġarru fuq l-istess siġra. Il-fjuri nisa li għandhom faxex ħomor prominenti huma inqas mill-irġiel. Il-fjuri maskili huma ħodor fl-isfar bl-għabra tad-dakra viżibbli kulur il-krema. Il-fjuri jistgħu jiddakkru bir-riħ jew mill-insetti, i żda jistgħu jdakkru fjuri oħra fuq l-istess siġra

Il-frotta bix-xewk b’kulur aħmar fil-vjola tkun kbira bejn 10 u 20 mm. Dawn fihom żerriegħa kbira, ovali u tleqq ta’ daqs ta’ 9 u 17-il mm, kulur kannella fl-aħmar għal kannella fl-iswed, bi sfumaturi ta’ marki bojod, griżi jew kannella.

Iż-żerriegħa tista’ titferrex b’għadd ta’ modi: minn għasafar, rodituri, jeħlu ma’ bwiez tat-tajn jew mal-vetturi jew makkinarji, kif ukoll fl-ilmijiet tal-għargħar. Apparti dan meta tinxef il-qoxra taż-żerriegħa, hija taqsam u tarmi ż-żrieragħ sa aktar minn 5 m ’il bogħod mis-siġra. Il-preżenza ta’ riċin – proteina velenuża – li tinsab  fiż-żrieragħ, huwa tossina li tinħall fl-ilma, preżenti ukoll fil-pjant. Iż-żrieragħ huma velenużi jekk jintmagħdu u jinbelgħu.

Il-polline abbundanti li jinġarru mir-riħ li tipproduċi s-siġra jista’ faċilment jidħol fl-imnifsejn, u dan jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi u ażma.

Ir-rignu huwa ddikjarat legalment bħala speċi invażiva, aljena jew ambjentalment inkompatibbli fil-Gżejjer Maltin.

Skip to content