Skip to main content

Il-Bufula Sewda – Sylvia melanocephala – Sardinja Warbler

Il-Bufula Sewda – Sylvia melanocephala – Sardinja Warbler

Il-Bufula Sewda hija speċi ta’ għasfur abbundanti ħafna madwar il-gżejjer Maltin, twila 13 -il ċm u jiżen bejn 1.2 u 2.5 g.

Bħall-biċċa l-kbira tal-ispeċi tal-għasafar, il-kulur tar-rix tal-irġiel u tan-nisa normlament jinbidlu waqt l-istaġuni tat-tgħammir. L-irġiel għandhom darhom kulur griż car bil-partijiet ta’ taħt u l-gerżuma bajda u b’rasu sewda filwaqt li n-nisa huma prinċipalment kannella fil-parti ta’ fuq, u bojod isfel filwaqt b’rashom griża u l-gerżuma bajda. Iż-żewġ għasafar għandhom denbhom twil, irqiq u skur bit-truf bojod u ċirku aħmar ma’ għajnejhom.

Matul il-perjodu li ma jgħammrux, ir-rix tar-raġel flimkien ma’ dahru normalment jinbidel għal kulur iż-żebbuġ u l-kulur iswed jitlef l-intensità tiegħu. In-nisa jkollhom rashom bi sfumatura ta’ kannella u kuntrast mdennes. Iż-żgħar ġeneralment jixbhu lin-nisa iżda l-kulur ikun daqsxejn imdennes u tendenzjalment jagħti iktar lejn il-kannella.

L-azzjoni tat-titjir tagħhom hija mimlija bl-iskossi, meta jtiru fuq veġetazzjonijiet li huma fil-baxxa jiftħu r-rix ta’ denbhom biss meta jiġi biex jinżel. Tiekol primarjament fuq insetti iżda tikkonsma ammont kbir ta’ frott u frott tal-bosk matul l-istaġuni kesħin.

Din l-ispeċi ġeneralment tgħix f’postijiet viċin il-baħar, fix-xagħri u fil-makkji iżda tista’ ssibha wkoll f’żoni kultivati madwar ir-reġjun tal-Mediterran. It-tip ta’ abitat preferit huwa magħmul minn postijiet fejn hemm veġetazzjoni f’livell baxx u f’foresti fejn l-abruxelli ma tantx jikbru.

Fir-rebbiegħa r-razez tal-Bufula Sewda jipproduċu bejn 1 u 3 żgħar kull staġun. Din l-ispeċi monogamuża tibni l-bejta tagħha mill-ħaxix ġeneralment bejn 30 u 60 cm ’il fuq mill-art fuq siġar żgħar u veġetazzjoni li tkun baxxa

In-nisa jbidu bejn 3 u 5 bajdiet u ż-żewġ ġenituri jinkubawhom għal bejn 12 u 15-il ġurnata sakemm ifaqqsu. Il-flieles jingħataw l-ikel miż-żewġ adulti u jħallu l-bejta madwar 12 jew 13-il ġurnata wara li jfaqqsu, filwaqt li jiddependu fuq il-ġenituri tagħhom għal ġimgħatejn jew tliet ġimgħat oħra.

Skip to content