Skip to main content

Iċ-Ċkala l-ħamra tal-Ilma ħelu – Procambarus clarkii – Red swamp crayfish

Iċ-Ċkala l-ħamra tal-Ilma ħelu – Procambarus clarkii – Red swamp crayfish

Speċi aljeni invażivi li hi problematika ħafna f’Wied il-Qlejgħa hija ċ-ċkala l-ħamra tal-Ilma ħelu. Hija speċi indiġena tal-Amerika t’Isfel u t-Tramuntana tal-Messiku. Hija tipikament ta’ lewn aħmar skur, b’manku twil u ħotob ħomor jgħajjat tul il-parti ta’ quddiem u l-ġnub tal-ewwel par saqajn.

Illum din l-ispeċi tinsab f’diversi kontinenti li ġiet introdotta permezz tal-kummerċ tal-annimali domestiċi, fejn saret naturalizzata u invażiva f’ħafna mir-reġjuni introdotti. Tinstab l-aktar f’posijiet  tal-ilma ħelu sħun, inkluż xmajjar, għadajjar, lagi, ġibjuni u bwar. Mhux soltu għaċ-ċkala, imma nstabet ukoll f’ilmijiet kemxejn mielħa u f’korpi tal-ilma b’konċentrazzjonijiet baxxi ħafna tal-ossiġnu maħlul.

Iċ-ċkala l-ħamra tal-Ilma ħelu qed tikber b’rata mgħaġġla u tista’ tiffjorixxi anki f’abitati ta’ ilma staġjonali. Barra minn hekk kapaċi tittollera n-nixfa għal massimu ta’ 4 xhur. Il-piż tagħha jista’ jilħaq bejn 30 g sa madwar 55 g (piż mxarrab rispettivament) u daqsijiet ta’ madwar 5.5 u 12-il ċm twil. Iċ-ċkala taf tgħix sa ħames snin, mandankollu ġieli nstabu dawk li kellhom aktar minn sitt snin.

Timmatura meta tilħaq tul taʼ bejn 6 u 12-il ċm u tistaʼ tipproduċi bejn 100 u 500 bajda, skont id-daqs. F’każijiet ta’ tensjonijiet ambjentali, in-nisa jafu jirriproduċu b’mod asesswali (mingħajr il-ħtieġa ta’ raġel) u jerġgħu jistabbilixxu l-popolazzjonijiet f’reġjun. Il-bajd huma madwar 0.4 mm twal u ladarba jkunu mfaqqsa l-frieħ jibqgħu mal-omm fil-ħofra sakemm jgħaddu minn żewġ ċikli u jistgħu mbagħad ifendu għalihom infushom.

Il-ħofor li tagħmel iċ-ċkala jistgħu jkunu ta’ ħsara kbira għall-passaġġi tal-ilma. Barra minn hekk, l-imġiba aggressiva tagħha fl-ikel tista’ tfixkel l-ekosistemi nattivi kollha. Mazzarell, ħanfus, żrinġijiet, u l-bajd tagħhom, apparti speċijiet oħra tal-baħar, kollha jaqgħu priża għaċ-ċkala.

Skip to content