Skip to main content

Il-Qasba l-kbira – Arundo donax – Great Reed

Il-Qasba l-kbira – Arundo donax – Great Reed

 

Il-Qasba l-kbira hija speċi invażiva ħafna u abbundanti f’Wied il-Qlejgħa; dan il-qasab twil jikber sa għoli ta’ 6 m, possibilment 10 mf’kundizzjonijiet ideali. Huwa indiġenu għall-Asja madankollu matul is-sekli ġie introdott f’kull kontinent fejn ġie naturalizzat u invażiv f’ħafna reġjuni.

Faċilment jintgħaraf bil-weraq griż-aħdar forma ta’ li huma ta’ bejn 30 u 60 ċm twal u 2-6 ċm wiesgħa li jikbru alternattivament minn qasab vojta ta’ 2 jew 3 ċm fid-dijametru. Il-fjuri ta’ lewn il-krema għall-kannella li jinġarru mir-rix twal bejn 40 u 60 cm li jidhru minn Settembru sa Diċembru u li għandhom organi kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa, jiddakkru bir-riħ. Żerriegħa ssir f’Ottubru.

Ġeneralment, dawn ikunu magħmulin minn żrieragħ b’fertilità baxxa jew li ma fihomx żerriegħa sħiħa; minflok il-qasba l-kbira tirriproduċi prinċipalment b’mod vegetattiv permezz ta’ riżomi fibrużi b’saħħithom li li jikbru fis-saffi ta’ fuq tal-ħamrija u malajr jiffurmaw twapet impenetrabbli kbar ta’ veġetazzjoni.

Il-metodu riproduttiv favorit jidher li huwa adattament għall-għargħar, fejn jekk jitkissru ċ-ċapep tar-riżomi, dawn ikollhom il-potenzjal li jinbtu u jikkolonizzaw aktar ’l isfel.

Il-Qasba l-Kbira tadatta f’varjetajiet wiesgħa ta’ abitati, madankollu hija aktar assoċjata ma’ abitati ripari u tal-artijiet mxarrba. Hija tista’ tittollera tipi varji ta’ ħamrija fosthom tafal tqil, ramel maħlul u saħansitra ħamrija taż-żrar, iżda tippreferi ħamrija mxarrba.

Il-Qasba l-kbira hija waħda mill-pjanti li qed jikbru l-aktar fid-dinja. Tieħu n-nar malajr imma tadatta għalih u dan jgħin biex jinfirex aktar. Hija meqjus bħala waħda mill-100 speċi aljeni invażivi tad-dinja.

Il-Qasba l-kbira hija ddikjarata legalment bħala speċi invażiva, aljena jew mhux kompatibbli mal-ambjent tal-Gżejjer Maltin.

Skip to content