Il-Fidloqqom huwa ħaxixa annwali komuni ħafna fil-Gżejjer Maltin u fir-reġjun tal-Mediterran. Togħla bejn 60 u 100 ċm fit-tul. Fih diversi lanżit u xagħar tul iz-zokk u l-weraq. Il-weraq, alternattivi u sempliċi, huma twal madwar 5 u 15 ċm u wiesgħa bejn 3 u 8 ċm.
Il-fjuri f’forma ta’ stilla huma ffurmati minn ħames petali dojoq b’punti trijangulari, bl-aktar kulur komuni, il-blu. Wieħed isib ukoll varjetajiet ġenetiċi taʼ fjuri roża u bojod. Il-Fidloqqom għandu diversi punti fejn jiffjorixxi għalhekk joħloq dehriet kbar bil-fjuri. Wieħed jista’ jsibha mal-fruntieri bejn għelieqi kultivati, fil-mogħdijiet u t-toroq agrikoli u f’żoni mqallba. Il-Fidloqqom ilu jiġi kkultivat tradizzjonalment minn żminijiet antiki għall-użi kulinari u mediċinali.
Fit-trobbija tan-naħal il-Fidloqqom ġie deskritt bħala pjanta tan-nektarifera, li tattira l-pollinaturi bl-għabra tad-dakra u n-nektar li tipprovdi u huwa speċi ta’ pjanti annwali importanti ħafna fl-industrija tat-trobbija tan-naħal. Tattira varjetà kbira ta’ pollinaturi inklużi n-nemel, id-dubbien, in-naħal, il-ħanfus, il-friefet u l-mazzarelli, madanakollu hija l-iktar imfittxija min-naħal tal-għasel u n-naħla nagħlija.