Skip to main content

Qlejgħa

Wied il- Qlejgħa

Qlejgħa

Wied il- Qlejgħa

Wied il- Qlejgħa

Wieħed mill-widien li nsibu fl-inħawi, il-Fiddien, jagħqad il-Widien Liemu u Qlejgħa. Dawn jiffurmaw il-parti magħruf bħala Chadwick Lakes, fejn sistema ta’ ilqugħ iżżomm l-ilma milli jintilef fil-baħar. L-ilma jinżamm għal użu ta’ l-irrigazzjoni.

Dik il-parti tal-Wied tal-Fiddien fil-punt fejn it-triq tar-Rabat għal Binġemma taqsam mat-triq ta’ l-Imdina għal San Pawl il-Baħar, illum hija magħrufa bhala Chadwick Lakes, fejn l-ilma jgħaddi għal Wied il-Qlejgħa. Dawn l-għadajjar ġew iffurmati minħabba il-bini ta’ numru ta’ ilqugħ ta’ daqsijiet u għamliet differenti.

L-inħawi u l-madwar tal-Fiddien joffri ambjent ferm sabiħ, fejn wieħed ikun jista’ jara l-ilma ġieri għaddej, numru ta’ pjanti aquatiċi kif ukoll annimali, apparti masġar tas-siġar taż-żebbuġ fl-għelieqi tal-madwar. Wieħed jista’ jara il-luq u l-qasab, siġar importanti speċjalment la jkunu fl-ambjent naturali tagħhom. Hawnhekk huwa ukoll l-abitat naturali ta’ l-uniku amfibju Malti, iż-żrinġ.

Storikament, l-isem ta’ Wied il-Qlejgħa jissemma għall-ewwel darba f’dokument ta’ l-1488. Dan jissemma f’dokument notarili, li kien qed jitkellem dwar egħlieqi ta’ l-inħawi. Huwa maħsub li l-kelma qlejgħa tfisser fortizza żgħira, u għalhekk il-wied tal-fortizza iż-żgħira.

Il-wied minn dejjem ipprovda l-ammont ta’ l-ilma neċessarju għal bdiewa ta’ l-inħawi, minħabba li numru ta’ nixxigħat jgħaddu mill-wied. Dan għen ħafna biex ikun identifikat sors importanti biex jipprovdu l-ilma għal Belt Valletta, meta kien qed jiġi maħsub il-bini ta’ l-akkwedott ta’ Wignacourt. Mal-medda taż-żmien, fis-seklu 19, kien imbagħad imiss lil Sir Osbert Chadwick (1844-1913) li jkun imqabbad biex jikkordina sistema ta’ provvista ta’ l-ilma għal Malta. Fit-tieni nofs tas-seklu 19, il-popolazzjoni ta’ Malta kompliet tiżdied, u dan wassal għal għarfien li kien hemm bżonn ta’ pjan serju biex jipprovdi l-ilma għal popolazzjoni.

Wara it-tluq ta’ Chadwick minn Malta, komplew l-istudji u l-ħidma biex ikun hemm provvista biżżejjed ta’ l-ilma. Fl-1916 il-Gvernatur ta’ Malta kien talab l-għajnuna tal-Kurunell J. C. Robertson u s-Sur Carmel Rizzo biex ikomplu l-istudji ħalli jaraw kif jistgħu iżidu l-provvista ta’ l-ilma minħabba li l-popolazzjoni kienet kompliet tiżdied. Rizzo ingħata aktar responsabiltajiet minħabba l-istudji kontinwi tiegħu rigward il-provvista ta’ l-ilma f’Malta.
Il-wied kompla jipprovdi ilma ġieri lil bdiewa tal-madwar u fl-istess ħin spiċċa post favorit mal-familji Maltin.

L-infrastruttura ta’ l-Ilma

Din iz-zona minn dejjem kienet meqjusa bħala l-aħjar sors għall-ilma ġieri. Minħabba li fil-viċinanzi hemm l-Imdina u r-Rabat, iċ-ċentri urbani l-aktar importanti f’Malta miż-żmien l-antikità, inħass il-bżonn li jkun identifikat sorsi ta’ ilma ġieri. In-numru ta’ nixxigħat li nsibu f’dawn l-inħawi kienu diġà użati fiż-żmien ir-Rumani, u aktar tard mill-Għarab. Waqt it-tħaffir għall-akkwedott instabu pajpijiet antiki tal-fuħħar. Dawn is-sistemi antiki reġgħu ġew misjuba mill-ġdid fis-seklu 19. L-ismijiet ta’ diversi nixxigħat u għelieqi ta’ l-inħawi juru li huma ismijiet Semitiċi, jindika li fiż-żmien l-Għarab dawn kienu diġà magħrufa u wżati.

Fil-bidu tal-passiġġata taċ-Chadwick Lakes hemm binja li hija magħrufa bħala Fiddien Box, waħda mill-kmamar li minnha kien issir it-tkejjiel ta’ l-ilma. Din inbniet fiż-żmien il-Gvernatur Ingliż Sir Leslie Rundle. Matul il-passiġġata wieħed għandu jiltaqa’ ma numru ta’ ilqugħ differenti li inbnew, u li uħud minnhom instabu mill-ġdid reċentement, u ġew restawrati. Dawn l-ilqugħ inbnew biex ikunu parti mill-livell tan-nofs tal-franka, li huwa tafli.

L-akkwedott ta’ Wignacourt inbena minħabba il-bżonn biex jinġieb ilma ġieri lejn il-belt Valletta, il-belt il-ġdida li bnew il-Kavallieri ta’ San Ġwann.

Kien il-Gran Mastru Martino Garzes (1595-1601) li ħareġ bl-ewwel ideja biex jinbena akkwedott. L-ewwel tentattiv falla minħabba problemi finanzjarji. Aktar tard, fiż-żmien il-Gran Mastru Alof de Wignacourt (1601-1622) kienet ġiet proposta mill-ġdid l-ideja ta’ bini ta’ akkwedott. Il-proġett tal-bini ta’ l-akkwedott kien sar f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi kien maħsub u mibni minn Patri Ġiżwita minn Messina, Fr Natale Tomasucci. Din l-ewwel parti kienet fl-inħawi tal-Wied tal-Qlejgħa sa’ H’Attard. It-tieni parti tkompliet fuq id-disinji ta’ l-inġinier minn Bolonja, Bontadino de Bontadini.

Wieħed għadu jista’ jara u jammira x-xogħol li ħadem fuqu Tomasucci, billi għadhom hemm il-passaġġi u l-mini li tħaffru taħt l-art biex ikun jista’ jgħaddi l-ilma mingħajr problema ta’ xejn. Dawn il-passaġġi ta’ taħt l-art kienu għadhom qed jintużaw sas-sebgħinijiet tas-seklu 20, meta pajpijiet tal-metall ġew miżjuda ħalli jserrħu rashom li l-ilma li jkun għaddej minnhom ma jkunx kontaminat.

X’tista’ tagħmel u ma tagħmilx matul il- passaġġ

Dan il-passaġġ jipprovdi opportunità unika lil-viżitaturi ħalli jkunu jistgħu jammiraw is-sistema tal-widien, billi jagħrfu diversi dettalji interessanti. Il-bidu tal-passaġġ jibda minn ħdejn il-binja tal-Fiddien, li twasslek lejn numru ta’ ilqugħ u pontijiet, apparti li tara il-varjetà tal-flora u fawna. Biex tkun tista’ tapprezza u jkunu priservati dak li hemm, wieħed għandu jieħu ħsieb li jimxi ma’ ċertu regoli bażiċi.

L-ewwel parti tal-passiġġata hemm post fejn jistgħu jilgħabu it-tfal, f’ambjent sigur u mdawwar b’ambjent naturali. Huwa mixtieq li dawn l-inħawi jħajru lil kulħadd biex tibda il-passiġġata u b’hekk tiskopri l-inħawi. Matul din il-mixja hemm 25 pannell b’informazzjoni, fejn ikunu murija dettalji u fatti interessanti dwar l-istorja u l-importanza ta’ l-ambjent.

Waħda mill-aktar punti importanti meta wieħed ikun fil-kampanja huwa li għandek tirrispetta l-ambjent kif ukoll in-nies tal-lokal. Hu kemm trid ritratti, iżda tieħu xejn aktar – tiġborx u taqtax fjuri jew pjanti oħra.

Ritratti jipprovdu memorja sabiħa li jġibu tifkiriet tal-ħin tajjeb li wieħed ikun għamel fil-kampanja. Uża ir-ritratti ħalli tħajjar oħrajn iżuru u jammiraw is-sabiħ tal-post.

Irrispetta in-nies tal-lokal li jgħixu u jaħdmu fil-kampanja. Dawn jaqilgħu ħobżhom mill-istess għelieqi u ambjent li tkun qed iżżur. Kun ġentili u irrispetta kollox.

Ikun xieraq u imħeġġeġ li wieħed jibqa’ fil-passaġġ indikat. L-għelieqi tal-madwar huma art privata, u għalhekk wieħed ma jistax jidħol fihom.

Ħu ħsieb li ma teqred xejn Ii jkun hemm fl-egħlieqi.

Tmiss ġebel, jew tneħħi ġebel minn posthom, speċjalment minn fuq il-ħitan tas-sejjieħ. Dawn huma parti integrali mill-ambjent. Dawn huma bżonnjużi biex iżżommu l-ħamrija fl-għalqa, u jekk jitneħħew il-ħamrija li hija tant bżonnjuża tintilef.

Żomm il-klieb marbutin fuq ċinga. Ftakar li jista’ jkun hemm nies oħra li jibżgħu mill-annimali.

Ħalli il-postijiet naturali kif tkun sibthom, u taqtax fjuri jew pjanti. Qatt tqaċċat pjanti mill-egħruq għax b’hekk tkun qridthom għal dejjem.

Tħammiġ minn fejn għaddej l-ilma, u titfa` xejn fl-ilma, tinsiex li parti minn dan l-ilma jintuża mill-bdiewa.

Qatt tħalli żibel u mbarazz ieħor warajk. Kun żgur liż-żibel li jkollok tieħdu miegħek. Ħġieġ, laned, boroż tal-plastik jistgħu ikunu perikolużi fil-kampanja, u għall-oħrajn.

Is-silenzju u vuċi baxxa hija sinjal li wieħed ikun edukat.

Qies li tkun liebes sew kemm ħwejjeġ kif ukoll żraben; ilbes skont it-temp.

Il-Wied

Skip to content